Tuesday, June 17, 2025

Raġel mixli li ħebb għal zijuh talli ma tahx il-flus għad-droga

Aqra wkoll

Raġel ta’ 42 sena residenti Bormla baqa’ jinżamm arrestat wara li kien mixli li ħebb għal zijuh għax ma tahx flus għad-droga.

Hu kien mixli wkoll li kaġuna ġrieħi gravi lil zijuh, li heddu, li insultah u li kiser ordni ta’ probation.

Il-Maġistrat Astrid May Grima ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma biex b’hekk ikollu l-protezzjoni.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Valentina Cassar mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Audrey Micallef.

Għall-akkużat dehret l-Avukat Yanika Bugeja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport