Saturday, October 26, 2024

Raġel mixli li kellu x’jaqsam ma’ minuri u ġibed filmat tal-att

Aqra wkoll

Raġel ta’ 34 sena tressaq il-Qorti wara li allegatament kellu x’jaqsam ma’ tfajla minuri. 

Ir-raġel mill-Peru qed jiġi mixli li wettaq dan ir-reat minn tal-inqas darbtejn fuq tfajla ta’ 15-il sena u li ġibed filmat ta’ dan l-att.

Fil-Qorti ħareġ kif il-każ kellu l-bidu tiegħu meta huwa bagħtilha l-filmat tagħhom it-tnejn, bl-allegat vittma ma kinitx taf bil-ġbid tal-filmat. Hija wriet il-filmat lil missierha li mbagħad dan għamel rapport mal-pulizija. 

Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih, iżda baqa’ jinżamm arrestat wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest. 

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Joseph Busuttil. Ir-raġel kien assistit mill-Avukat Herman Mula. 

Sport