Raġel barrani ta’ 24 sena kellu jittieħed lejn l-Isptar minħabba ġrieħi li sofriet f’argument li seħħ għall-ħabta tas-6:30 a.m fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.
Skont l-ewwel informazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ jidher li l-Pulizija qiegħda żżomm raġel ta’ 45 sena mill-Għana residenti l-Imsida b’rabta ma’ dan l-argument.
Fil-post marru minnufih il-Pulizija mill-Għassa tad-distrett u dawk mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit.
Fil-post kienu nnutati xi dmija u l-pulizija elevat ukoll arma iebsa li x’aktarx intużat mill-aggressur.
Aktar informazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ fil-ħin li ġej…