Beda x-xogħol artistiku fuq il-qafas tal-presepju “Milied lil hinn mid-dawl 2023”. Proġett li jinsab taħt id-direzzjoni tal-Artist nieqes mid-dawl Stephen Mizzi.
Iddikjara dan il-fundatur tal-organizzazzjoni Visual Non Visual Network Noel Farrugia filwaqt li kompla biex jispjega li Mizzi, huwa Qormi u ħaddiem tal-istess organizzazzjoni. Farrugia qal ukoll li bħala Direttur tal-Artistiku igawdi s-sapport tal-iskultura “Charlie Sammut” , li sa mill-1997 kien vara l-Arti għal persuni għomja f’Malta.
Bis-saħħa tal-esperjenza tiegħu llum pajjiżna jgawdi l-ewwel kollezzjoni tal-Arti tal-Għomja Maltin. Din l-inizjattiva qed tiġi kkoordinata wkoll flimkien mal-Ministeru tat-Turiżmu . Barra minn hekk, Farrugia qal ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin bħala organizzazzjoni se jkunu qed jaħdmu fuq qafas ieħor ta’ presepju modern .
Dan se jwassal biex flimkien inkunu nistgħu nesploraw il-possibbiltà kif l-Arċipelagu Malti jista’ jkun aktar aċċessibbli biex jilqa’ turisti neqsin mid-dawl.