AĠĠORNAT (17.13): Il-Pulizija informat li Walid Farhud instab qawwi u sħiħ.
AKTAR QABEL: Il-Pulizija qed tfittex għal raġel li ġie rapportat nieqes. Walid Farhud, ta’ 20 sena, deher l-aħħar liebes flokk abjad u blu, ġakketta blu, qalziet iswed u żarbun abjad.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001/119 jew billi jirrikorri fl-eqreb għassa tal-Pulizija.