Fi stqarrija l-Forzi Armati ta’ Malta qalu li lbieraħ wara nofsinhar iċ-Ċentru tal-Kordinazzjoni tas-Salvtaġġ kienu rċivew telefonata li kien hemm raġel midrub fuq dgħajsa tas-sajd.
l-AFM mill-ewwel marru biex jassistu fejn sabu li r-raġel li weġġa’ kien membru tal-ekwipaġġ ta’ dgħajsa li kienet qed tistad fl-ibħra Maltin.
Ir-raġel ittieħed minn fuq id-dgħajsa għall-isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhx magħrufa.