Tuesday, December 24, 2024

Raġel salvat minn mina taħt l-art li allegatament ħaffer biex jisraq bank

Aqra wkoll

Raġel Taljan ġie salvat minn mina taħt l-art li sfrontat f’żona qrib tal-Vatikan. Il-pulizija qed jimxu fuq l-ipoteżi li dan ir-raġel kien qiegħed iħaffer mina biex jidħol ġewwa bank u jisirqu.

Fil-preżent dan ir-raġel qiegħed jingħata l-kura l-isptar wara li l-ħaddiema tat-tifi tan-nar damu tmien sigħat biex irnexxielhom joħorġuh minn din il-mina. Iżda issa dan ir-raġel jidher li se jkollu jiffaċċja iktar problemi hekk kif dan issa jinsab taħt arrest. Miegħu ġie arrestat ukoll raġel ieħor li skont il-midja Taljana “rreżista l-pulizija”. Il-Pulizija jemmnu li dan ir-raġel kien parti minn gang f’kospirazzjoni biex jisirqu bank. Kelliemi għall-pulizija meta tkellem mal-aġenzija tal-aħbarijiet AFP qal li, “aħna qed ninvestigaw, mhux qed neskludu li dawn kienu ħallelin, din hi waħda mit-teoriji.” 

Iż-żewġt irġiel arrestati qed ikunu akkużi wkoll bi ħsara fi proprjetà pubblika. 

Ekonomija

Sport