Thursday, January 29, 2026

Raġel salvat wara li sab ruħu f’diffikultajiet f’St Peters Pool

Aqra wkoll

Għall-ħabta tal-5.00pm l-uffiċjali tas-salvataġġ f’pajjiżna kienu nfurmati li kien hemm raġel li ma baqax jidher waqt li kien f’St Peters Pool. Jidher li dan ir-rapport sar mill-ġenituri tar-raġel.

Ir-raġel li hu Pollakk u għandu 25 sena ried jinżel jgħum bil-ġenituri tiegħu joġġezzjonaw, iżda għal xi raġuni xorta waħda niżel fil-baħar.

Hu sab ruħu f’diffikultajiet tant li kellhom jissejħu l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u anke uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Hu ġie salvat u tella’ lura fuq l-art fejn sofra biss ġrieħi ħfief.

Fuq il-post mar tim mediku b’ambulanza mill-Isptar Mater Dei biex jassistu lir-raġel.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport