Wednesday, January 14, 2026

Raġel se jintbagħat pajjiżu wara li ħebb għal ieħor b’mus f’Wied il-Għajn

Aqra wkoll

Mohamad Alyasin Ahmad ta’ 30 sena li għandu passaport Sirjan u Bulgaru se jiġu deportat wara li fil-Qorti ammetta li ħebb għal raġel ieħor b’mus u darbu ħafif.

L-imputat kien mixli li wettaq dan ir-reat fis-26 ta’ Diċembru li għadda meta kien fi Triq iż-Żonqor f’Wied il-Għajn.Huwa kien mixli wkoll b’insulti u theddid fil-konfront tal-istess raġel, u li għamel użu ħażin minn apparat elettroniku.

Il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, qieset l-ammissjoni bikrija tal-imputat, il-fatt li għandu kondotta nadifa, u anke li l-vittma ħafirlu.

Minbarra li ordnat id-deportazzjoni tiegħu lejn il-Bulgarija, il-Qorti kkundannatu 24 xahar ħabs sospiżi għal tliet snin u multa ta’ €700. Huwa kien ordnat ukoll iżomm ‘il bogħod mill-vittma għal tliet snin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport