Raġel ta’ 30 sena residenti l-Marsa kien arrestat wara li nqabad fil-pussess ta’ droga. Il-Pulizija qalet li kienu qed jitwettqu xi rondi bħala rutina fi Triq is-Serkin, il-Marsa
Waqt l-investigazzjonijiet, raġel ta’ 30 sena, residenti il-Marsa instab li kellu fil-pussess tiegħu diversi pakketti ta’ sustanza suspettata droga kannabis sintetika, eroina u kokaina, kif ukoll ammont ta’ flus kontanti, li allegatament kienu maħsuba għat-traffikar.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Monica Borg Galea li fetħet inkjesta.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti illum għall-ħabta tas-1:00 p.m., quddiem il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici.