Friday, September 13, 2024

Raġel se jitressaq il-Qorti b’rabta mal-omiċidju tal-Marsa

Aqra wkoll

Għall-ħabta tas-7.00pm quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Abigail Critien se jkun qiegħed jitressaq raġel mill-Ghana ta’ 34 sena fejn se jkun qiegħed jiġi akkużat bil-qtil doppju li seħħ ilbieraħ fil-Marsa.

Fil-qtil doppju tal-bieraħ inqatlu Joe Bartolo magħruf bħala l-Babbakku ta’ 73 sena mill-Gudja u s-sieħba tiegħu Carmen ta’ 56 sena.

Skont informazzjoni li kiserb dan is-sit huma nqatlu wara diżgwid li allegatament beda bejn il-vittma u xi persuni li kienu jirrisjedu f’parti mir-razzett tiegħu u li l-vittma spiċċa biex keċċihom bi ħwejjiġhom b’kollox ‘il barra.

Talk.mt se jkun qiegħed jagħti aktar dettalji hekk kif l-akkużat jitressaq il-Qorti.

Ekonomija

Sport