Fis-sigħat li ġejjin, raġel ta’ 46 sena, mistenni jitressaq il-Qorti mixli bil-qtil ta’ Jean Paul Busuttil.
Propju lbieraħ seħħ l-ewwel omiċidju għal din is-sena. Dan wara li ħabta bejn mutur u karozza, eskalat fi ġlieda, tant li s-sewwieq ta’ mutur mar iġib arma tan-nar u spara lejn il-vittma.
Il-midja lokali rrapurtat li l-arma tan-nar użata f’dan id-delitt għadha ma nstabitx.