Għall-ħabta ta’ nofsinhar, il-Pulizija se tkun qiegħda tressaq raġel il-Qorti fejn se jkun qiegħed jiġi mixli bil-qtil involontarju ta’ Mildred Azzopardi.
Farrugia mietet nhar il-Ħadd li għadda meta kienet qiegħda taqsam it-triq f’Ta’ Liesse l-Belt Valletta.
Rapport fil-midja lokali qegħdin jgħidu li l-akkużat hu raġel ta’ 23 sena minn Raħal Ġdid. L-istess rapporti qegħdin jgħidu wkoll li mhux eskluż li allegatament waqt l-inċident ir-raġel kien taħt l-influwenza tal-alkoħol.