Saturday, December 28, 2024

Raġel se jitressaq il-Qorti wara li tifel minuri jinġibed f’filmat tal-CABS fil-pussess ta’ senter tal-kaċċa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 62 sena se jkun qed jitressaq il-Qorti wara li lbieraħ tifel minuri deher b’senter tal-kaċċa fil-pussess tiegħu.

Ilbieraħ għall-ħabta tas-7.15 a.m. il-Pulizija tal-Environmental Protection Unit ġew informati minn membri tal-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasafar (CABS) li fl-inħawi ta’ Triq il-Brolli f;Birżebbuġa kien hemm tifel taħt l-età li kien fil-pussess ta’ arma tan-nar.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post imma l-persuni involuti kienu telqu minn fuq il-post.

Wara analiżi tal-filmati u investigazzjonijiet oħrajn il-Pulizija tal-EPU identifikat lir-raġel li dak il-ħin kien mal-minuri. Għaldaqstant huma marru fir-residenza tar-raġel fejn hemmhekk ġiet ikkonfiskata l-arma tan-nar li kienet f’idejn il-minuri.

Ir-raġel se jkun qed jitressaq il-Qorti b’akkużi relatati ma’ dan il-każ filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport