Għall-ħabta tas-2.30pm, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq ta’ Ħamet, ix-Xagħra, Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Mazda Demio misjuqa minn mara ta’ 33 sena residenti x-Xagħra u mutur Kawasaki misjuq minn raġel ta’ 29 sena residenti x-Xagħra wkoll.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-mara ittieħdet l-isptar wkoll minħabba li kienet qed issofri minn xokk qawwi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.