Raġel ta’ 32 sena minn Birkirkara kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’ħabta fi Triq Mannarino fl-istess lokalità fejn jgħix. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.00pm.
Hu kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha meta għal xi raġuni ħabat ma’ karozza Seat Ibiza li kienet qed tinsaq minn mara ta’ 31 sena minn Birkirkara wkoll. Il-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi.
Kelliem għal pulizija filwaqt li kkonferma dan l-inċident qal lil talk.mt li s-sitwazzjoni tat-traffiku qiegħda lura għan-normali hekk kif it-triq li fiha seħħ l-inċident infetħet.