Raġel ta’ 35 sena u residenti Ħal Qormi, illum waranofsinhar tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku f’San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30pm fil-Bypass ta’ San Pawl.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur Suzuki, fid-direzzjoni tax-Xemxija meta tilef il-kontroll u baqa’ dieħel fil-barrikati.
Il-vittma minnufih ingħata l-għajnuna minn tim mediku imma sfortunatament, huwa kien iċċertifikat mejjet fuq il-post.
Il-Maġistrat Dr Ian Farrugia LL.D ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.