Friday, December 13, 2024

Raġel ta’ 38 sena fost erba’ persuni li mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19

Aqra wkoll

Matul il-ġurnata tas-Sibt fiequ d-doppju tal-każi ġodda reġistrati ta’ Covid-19. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li nstabu 158 każ ġdid ta’ Covid-19 u fiequ 316 oħra biex il-każi attivi issa niżlu għal 2,393. 

Fl-aħħar sigħat mietu erba’ persuni waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19 – mara ta’ 87 sena u tliet irġiel ta’ 38, 82 u 90 sena – biex it-total ta’ mwiet relatati mal-pandemija telgħu għal 569. 

Fl-Isptar Mater Dei hemm 84 persuna li qed jingħataw il-kura minħabba l-Coronavirus, b’ħamsa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Sas-Sibt filgħaxija kienu ngħataw 1,221,565 doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19 li minnhom 334,132 kienu dożi tal-booster.

Ekonomija

Sport