Sunday, October 27, 2024

Raġel ta’ 48 sena ngħata sentenza sospiża wara li prova jikkawża inċident tat-traffiku f’Nottingham

Aqra wkoll

Earl Haye, raġel ta’ 48 sena, ingħata sentenza sospiża ta’ 13-il xahar ħabs. Dan hekk kif fl-1 ta’ Novembru qabad jgħajjat u jidgħi max-xufier ta’ xarabank, ħa l-kontroll tax-xarabank u prova jikkawża inċident tat-traffiku f’Nottingham f’ħin fejn it-traffiku jkun fl-aqwa tiegħu.

Uffiċjal tal-pulizija, Graham Whitt, li dak il-ħin ma kienx jinsab xogħol, inzerta passiġġier fuq ix-xarabank u intervjena billi eskorta lil Haye ’l barra mix-xarabank. Madanakollu, Haye tela’ fuq xarabank oħra, ħa l-kontroll tal-istering u dawru fejn ried, imbagħad tefa’ l-attenzjoni fuq il-karozzi li kien hemm fil-qrib. Huwa ta daqqiet ta’ ponn fuq karozza Peugeot 107 u farrkilha l-windscreen. 

Whitt segwa dak li kien qed jiġri u ċempel għall-għajnuna. Immedjatament wara ħa ħsieb iwaqqaf lil Haye u fil-proċess Whitt ġibed ligament minn subgħajh. Haye attakka tliet uffiċjali oħra tal-pulizija li kienu ssejħu biex jintervjenu fl-attakk; Haye gidem lil tnejn minnhom u beżaq lill-uffiċjal l-ieħor.

Whitt stqarr li “Xi ħaġa li se tibqa’ stampata f’moħħi għal tul ta’ żmien, iktar mill-uġigħ fiżiku, hija l-ħarsa ta’ biża’ ġenwina fuq wiċċ il-passiġġieri fil-waqt ta’ dan l-attentat”.

Sport