Saturday, December 21, 2024

Raġel ta’ 55 sena mniffed għall-mewt waqt ġirja tal-barrin fi Spanja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont l-awtoritajiet Spanjoli raġel ta’ 55 sena miet wara li safa mniffed minn qrun ta’ barri waqt ġirja tal-barrin fi Spanja. Ir-raġel kien attakkat ripetutament minn barri waqt l-attività f’Onda.

Skont is-servizzi tal-emerġenza fi Spanja, ir-raġel żvina kawża tal-ġrieħi serji li sofra f’siequ x-xellugija u f’rasu. Dan minkejja sforzi minn professjonisti mediċi li ppruvaw jagħtuh l-ewwel għajnuna. Sfourtunatament huwa miet ftit tal-ħinwara li ddaħħal fi sptar għal attenzjoni medika.

Parteċipanti oħrajn li attendew għal dan il-festival pruvaw igerrxu l-barri, iżda dan ma riedx jaf u t-tentattiv tagħhom falla. 

Dan ir-raġel huwa l-ewwel vittma ta’ dawn l-attivitajiet fit-toroq fi Spanja wara nuqqas ta’ dan l-attivitajiet minħabba l-firxa tal-pandemija.

Dan l-inċident wassal biex id-dibattitu rigward jekk tali attivitajiet għandhom jitwaqqfu kompla jikber. Dan hekk kif din ma kinitx l-ewwel fatalità fl-organizzazzjoni tagħhom.

Ekonomija

Sport