It-tmien vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna, u t-tieni mewt fi ftit jiem wara l-mewt tal-anzjan ta’ 97 sena nhar it-Tlieta li għadda
Raġel ta’ 56 sena miet waqt li kien infettat bil-Covid-19.
Ir-raġel li kien qiegħed jingħata kura fl-Isptar Mater Dei irriżulta pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Mejju u ġie kkonfermat pożittiv fis-17 ta’ Mejju. Huwa kellu diversi kundizzjonijiet kroniċi.
Ir-raġel miet fl-Isptar Mater Dei, matul il-lejl, u huwa t-tmien vittma tal-Covid-19 f’pajjiżna, bil-mewt tiegħu tasal wara li nhar it-Tlieta li għadda tħabbret il-mewt ta’ raġel ta’ 97 sena.
Il-vittma ta’ nhar it-tlieta li għadda kien it-tielet pazjent fl-Isptar Karin Grech li miet wara li nstab li kien infettat bil-virus.
S’issa b’kollox kien hemm tmien pazjenti f’Karin Grech li ġew infettati bil-Covid-19.