Raġel ta’ 59 sena huwa l-74 persuna li miet bil-Covid-19 f’pajjiżna.
Ir-raġel irriżulta pożittiv għall-Covid-19 nhar is-27 ta’ Ottubru li għadda. Huwa miet matul il-lejl li għadda fl-Isptar Mater Dei.
Dan ifisser li matul il-jum tal-bieraħ mietu erba’ persuni kaġun tal-Covid-19. fi stqarrija kmieni dalgħodu l-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li anzjan ta’ 75 sena u anzjana ta’ 90 sena kienu mietu wkoll bil-coronavirus.
Ilbieraħ kienet ikkonfermata wkoll il-mewt tal-kuntistabbli Joseph Muscat, fl-età ta’ 54 sena.