Wednesday, April 9, 2025

Raġel ta’ 60 sena jammetti li stupra liż-żewġt itfal bniet tal-eks sieħba

Aqra wkoll

Raġel ta’ 60 sena mir-Rabat Għawdex ammetta minflok għadda ġuri li kien stupra żewġt ibniet minuri li huma wlied l-eks sieħba tiegħu.

Quddiem l-Imħallef Natasha Galea Sciberras hu kien akkużat ukoll li stupra lil bintu stess, iżda hekk kif bdew il-proċeduri hija rtirat il-kwerela li kienet għamlet minflok missierha.

Hekk kif hu ammetta l-akkużi kontrih, l-Imħallef spjegatlu li fuq qbil bejn id-difiża u l-prosekuzzjoni kien intlaħaq qbil li hu jiġi kkundannat 12-il sena ħabs.

Fil-bidu l-prosekuzzjoni kienet qiegħda tinsisti li jingħata piena ta’ għomor il-għomor il-ħabs wara li l-Avukat Ġenerali żiedet il-piena b’żewġ gradi oħra. Dan ifisser r-raġel kien ser jiġi kkundannat piena doppja.

Iżda dwar dan id-difiża kienet qalet li l-piena għandha tiġi korretta, , bl-Avukat Ġenerali qablet mal-akkużat minħabba li r-reat ma ġiex indikat bħala wieħed ripetut.

Il-Qorti se tagħti s-sentenza fit-30 ta’ April li ġej.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport