Saturday, December 14, 2024

Raġel ta’ 60 sena jmut f’inċident tat-traffiku fir-Rabat Malta

Aqra wkoll

Raġel ta’ 60 sena residenti r-Rabat Malta miet f’inċident tat-traffiku kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-12.15am. L-inċident seħħ fi Triq Gorg Borg Olivier ir-Rabat stess.

Kelliem għall-pulizija filwaqt li kkonferma dan l-inċident qal lil talk.mt li r-raġel kien qed isuq karozza tal-għamla Skoda Rapid fejn għal xi raġuni tilef il-kontroll u ħabat ma Peugeot 206 u wara ma’ Fait Punto. Wara hu baqa’ dieħel f’faċċata ta’ dar.

Hemm indikazzjoni li r-raġel sofra xi kundizzjoni medika qabel ma seħħ dan l-inċident.

Jidher li xi residenti niżlu fit-triq hekk kif semgħu ħoss qawwi fejn sabu lill-vittma mitluq fil-karozza. Wieħed mir-residenti beda jagħtih CPR. Fuq il-post marret ambulanza b’tabib li ċċertifika lir-raġel mejjet.

Il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ, filwaqt li l-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil qiegħda tmexxi inkjesta.

Ekonomija

Sport