Saturday, December 21, 2024

Raġel ta’ 61 sena arrestat b’rabta ma’ hit-and-run

Aqra wkoll

Raġel ta’ 61 sena residenti n-Nadur dalgħodu kien arrestat mill-Pulizija b’rabta ma’ inċident hit-and-run li seħħ fi Triq Rue D’Argens il-Gżira lbieraħ.

Ir-raġel kien arrestat f’Għawdex wara li l-pulizija identifikaw il-vettura involuta fl-inċident.

Kaġun ta’ dan l-inċident mara ta’ 47 sena spiċċat fil-periklu tal-mewt wara li sfat imkaxkra mill-karozza għal distanza, bis-sewwieq tal-vettura ma jwaqqafx il-vettura tiegħu.

Ekonomija

Sport