Saturday, December 21, 2024

Raġel ta’ 78 isofri ġrieħi serji wara li jaqa’ barmil cement fuqu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 78 sena kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li weġġa’ waqt li kien qiegħed fir-residenza tiegħu f’Birkirkara. 

Kienu għall-ħabta tas-6:15 p.m, x’ħin il-Pulizija kienu infurmati li hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Ċeżalpina. 

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel weġġa’ wara li għal xi raġuni waqa’ barmil mimli cement fuqu. 

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lil vittma l-isptar għall-kura meħtieġa. Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ekonomija

Sport