Żewġ persuni sofrew ġrieħi wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:15 p.m kienu involuti f’argument bejn grupp ta’ nies ġo stabbiliment fi Triq is-Santwarju, Birkirkara.
Minn investigazzjonijiet illi saru rriżulta li grupp ta’ nies qajmu argument u aggredew raġel ta’ 38 sena residenti l-Mosta u mara ta’ 48 sena residenti s-Siġġiewi. L-aggressuri laħqu ħarbu minn fuq il-post sakemm waslet il-Pulizija. Madanakollu huma bdew minnufih bit-tfittxija għall-aggressuri.
Tim mediku tahom l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Aktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija ntqal li l-Pulizija qiegħda żżomm tlett irġiel li qegħdin jassistuha fl-investigazzjonijiet.