Raġel ta’ 46 sena u mara ta’ 40 sena, it-tnejn jgħixu Birkirkara, għall-ħabta tad-9.30am, ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt, il-Gżira.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Nissan Juke, misjuqa minn mara ta’ 50 sena residenti Ħaż-Żabbar u mutur Sym misjuq mir-raġel. Miegħu fuq il-mutur kien hemm riekba l-mara.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-isptar b’ambulanza, fejn il-mara ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi, filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.