Friday, September 19, 2025

Raġel u mara mixlija li wettqu żewġ serqiet f’Ta’ Xbiex

Aqra wkoll

Raġel u mara nżammu taħt arrest preventiv wara li ġew mixlija li wettqu żewġ serqiet f’Ta’ Xbiex.

Nicky Falzon ta’ 27 sena u Daniel Spiteri ta’ 43 sena, tressqu fil-Qorti fejn ġew mixlija li nhar it-Tlieta li għadda serqu żewġ basktijiet, mobile u nuċċali tax-xemx fost oħrajn.

Huma kienu mixlija wkoll li għeu ħajja ta’ għażż u vagabondaġġ u li saru riċedivi.

L-imputati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi iżda baqgħu jinżammu arrestati wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tagħhom.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Brandon Bonnici mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Charlon Borg.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport