Tuesday, December 24, 2024

Raġel u tifel iweġġgħu gravi f’inċident tat-traffiku fir-Rabat

Aqra wkoll

Raġel u tifel iddaħħlu l-Isptar wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-7:17 p.m., kienu involuti f’inċident tat-traffiku fil-limiti ta’ Binġemma, ir-Rabat.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn Ford Fiesta misjuqa minn raġel ta’ 39 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u mutur KTM misjuq minn raġel ta’ 24 sena residenti r-Rabat. Fil-Ford kien hemm ukoll tifel ta’ tmien snin.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lis-sewwieq tal-mutur u t-tifel ta’ tmien snin sakemm setgħu jittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard huma ġew iċċertifikatati bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport