Friday, December 20, 2024

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn vettura

Aqra wkoll

Raġel ta’ 44 sena u residenti Birżebbuġa, kellu jingħata l-kura fl-Isptar Mater Dei minħabba l-ġrieħi gravi li sofra wara li ġie milqut minn vettura. 

L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tas-6.30 p.m., meta l-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Baħar, minħabba li kien hemm persuna li ġiet milquta minn vettura. 

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li l-vittma ġie milqut minn vettura tal-għamla Citroen C5 li kienet qed tinstaq minn Libjan ta’ 34 sena residenti San Pawl il-Baħar. 

Il-vittma ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’ambulanza l-Isptar Mater Dei. Hemmhekk, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett dwar dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport