Friday, December 13, 2024

Raheem Sterling irid assigurazzjonijiet minn Manchester City

Aqra wkoll

Raheem Sterling irid assigurazzjonijiet fuq il-futur tiegħu ta’ Manchester City qabel ma jiffirma kuntratt ġdid fl-Etihad Stadium.

Minkejja li kien player ewlieni matul l-era ta’ Pep Guardiola, Sterling kien ristrett għal erba’ partiti mill-bidu u sitt ħarġiet bħala sostitut fil-kompetizzjonijiet kollha f’dan l-istaġun.

In-nuqqas ta’ ħin tal-logħob għall-player ta’ 26 sena wassal għal spekulazzjoni rigward il-futur tiegħu bil-kuntratt attwali tiegħu li għandu jiskadi fl-2023.

Sterling x’aktarx ma jkollux ftehim ġdid sakemm ma jirċevix garanziji fuq ir-rwol tiegħu fil-club.

Barcelona jingħad li qed isegwu s-sitwazzjoni, filwaqt li l-attakkant mhux se jkun nieqes mill-għażliet fil-Premier League jekk jitlob trasferiment.

Sterling skorja goal wieħed biss dan l-istaġun, kontra Norwich City fil-21 ta’ Awwissu wara li ġie utilizzat bħala sostitut fit-tieni taqsima.

Ekonomija

Sport