Monday, December 23, 2024

Raheem Sterling jikkunsidra li jitlaq lil Manchester City

Aqra wkoll

Raheem Sterling żvela li se jikkunsidra li jitlaq liċ-champions Ingliżi Manchester City u ma eskludiex li jista’ jmur jilgħab barra mill-Ingilterra.

Il-player ta’ 26 sena qed jiffaċċja futur inċert fl-Etihad Stadium hekk kif tħabat biex jieħu post Jack Grealish fil-formazzjoni inizjali.

Sterling beda s-seba’ staġun tiegħu bħala player ta’ City dan l-istaġun, iżda wara li jidher li mhxu se jkun utilizzat b’mod regolari minn Pep Guardiola, l-internazzjonali Ingliż żvela li huwa “miftuħ” għal pass f’pajjiż ieħor f’dan l-istadju tal-karriera tiegħu.

Waqt li tkellmet fis-summit tal-Financial Times ‘Business of Sport US, Sterling qal: “Jekk ikun hemm l-opportunità li mmur x’imkien ieħor, inkun miftuħ għaliha f’dan il-mument.

“Bħala player Ingliż kulma naf huwa l-Premier League u dejjem ħsibt: ‘Taf, forsi xi darba nilgħab barra mill-Ingilterra u nara kif se nilqa’ dik l-isfida.'”

Il-Financial Times żiedet fir-rapport tagħhom li Sterling issuġġerixxa li jippreferi jingħaqad ma’ club fi Franza jew fi Spanja kieku kellu jmur jilgħab barra minn pajjiżu.

Il-ġganti Spanjoli Barcelona huma maħsuba li qed isegwu s-sitwazzjoni ta’ Sterling qabel mossa proposta f’waħda mit-twieqi tat-trasferimenti li ġejjin, filwaqt li d-duo tal-Premier League Arsenal u Newcastle United kienu wkoll marbuta mal-attakkant.

Sterling, li fadallu inqas minn sentejn fil-kuntratt attwali tiegħu, għamel 302 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha għas-Citiznes, skorja 115-il goal u pprovda 88 assist, madankollu f’dan l-istaġun huwa beda f’erbgħa biss mill-10 logħbiet tas-Citizens fil-kompetizzjonijiet kollha, u skorja darba biss.

Ekonomija

Sport