Diviżjonijiet ġew iffurmati fi ħdan l- iskwadra ta’ Manchester United u l-manager temporanju, Ralf Rangnick, issa qed jiffaċċja l-istess gwaj tal-predeċessur tiegħu, Ole Gunnar Solskjaer.
Sors infurmat qal li mal-11-il player qed jimbuttaw biex iħallu l-club wara li “saru diżillużi bil-ħajja mal-United.”
Dan wasal hekk kif riżultati negattivi fil-Premier League Ingliż qed ikomplu filwaqt li għadd ta’ players imwarrba minn Solskjaer qed ikomplu jitħallew barra mill-viżjoni ta’ Rangnick għall-club.
Ir-rapport jinnota wkoll li l-coaching tal-Ġermaniż ma mpressjonax lill-istilel ta’ qliegħ kbir flimkien mal-kwalità tal-assistenti magħżula biex jingħaqdu miegħu f’Manchester.
Qed jingħad li s-setgħa tiegħu biex ibiddel il-club, li qed jitħabtu biex jisfidaw ħalli jispiċċaw fl-ewwel erbgħa u post fiċ-Champions League, huwa aktar imdgħajjef wara li ngħata biss ir-rwol sa tmiem l-istaġun kurrenti.
Is-sors iddeskriva l-burdata wara l-kwinti bħala “mhux tajba”, u żied: “L-atmosfera hija tassew ħażina u jidher li se jkun hemm problemi kbar għall-United.”
Jesse Lingard, Donny van de Beek, Eric Bailly u Dean Henderson huma fost dawk il-players li saru frustrati minħabba n-nuqqas tagħhom li jingħataw ċans taħt Rangnick.
Kemm Lingard kif ukoll Van de Beek għad iridu jibdew logħba tal-Premier League dan l-istaġun.
Il-goalkeeper Dean Henderson irid jitlaq b’self dan ix-xahar wara li waqa’ lura wara David De Gea fl-ordni tal-għażla.
Rangnick mhux lest li jħalli lil Henderson jitlaq, iżda l-player ta’ 23 sena huwa ddisprat li jkun qed jilgħab regolarment, biex jiżgura li jkun inkluż fl-iskwadra tal-Ingilterra għall-finali tat-Tazza tad-Dinja li se ssir fil-Qatar f’Diċembru.
LEAGUE CUP – L-ewwel leg tas-semi-finali tal-League tal-lum bejn Arsenal u Liverpool ġie posposta minħabba każijiet tal-Covid-19 fil-kamp tar-Reds. Issa ż-żewġ legs se jintlagħbu fit-13 (f’Anfield) u fl-20 ta’ dan ix-xahar (fl-Emirates).