Monday, February 10, 2025

Randal Kolo Muani b’impatt pożittiv mal-partitarji ta’ Juventus

Aqra wkoll

L-attakkant internazzjonali Franċiż Randal Kolo Muani donnu sab lilu nnifsu sew ma’ Juventus filwaqt li fi tliet logħbiet li lagħab magħhom diġa’ skorja erba’ gowls. Hu għalhekk għamel impatt fis-serie A Taljan hekk kif sar ukoll l-ewwel plejer ta’ Juventus li skorja fl-ewwel tliet logħbiet tiegħu.

Il-partitarji ta’ Juventus qed jgħidu li hu l-unika xaqq dawl mat-tim tagħhom hekk kif il-plejers l-oħra flimkien mal-kowċ Thiago Motta qed jiddiżappuntaw ferm fil-wirjiet tagħhom.

Kolo Muani skorja doppjetta l-Ġimgħa filgħaxija fil-logħba li Juventus lagħbu kontra Como u li rebħu 2-1.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport