Friday, November 15, 2024

Rangers huma l-agħar team fl-istorja tal-UEFA Champions League

Aqra wkoll

L-ewwel parteċipazzjoni wara 12-il sena għal Rangers spiċċat f’rekord mill-aktar negattiv tant li huma dikjarati bħala l-agħar team fil-istorja tal-UEFA Champions League.

Huma sfaw eliminati meta fil-Fażi tal-Gruppi huma temmew mingħajr l-ebda punt.

Fl-aħħar logħba, huma kellhom bżonn rebħa b’ħames goals meta laqgħu lil Ajax biex jikkompetu fil-UEFA Europa League. Iżda sfaw megħluba bl-iskor ta’ 3-1 biex din kienet is-sitt telfa minn daqstant logħbiet.

Il-goals tal-Olandiżi waslu minn Steven Berghuis, Mohammed Kudus u Francisco Conceicao filwaqt li  James Tavernier wieġeb għall-Iskoċċiżi.

Għaldaqstant huma ma kisbu l-ebda punt, skorjaw żewġ goals u sofrew 22 biex id-differenza hija ta’ defiċit ta’ 20 goal.

Fil-passat,  Dinamo Zagreb kellhom l-agħar defiċit ta’ 19-il goal, fl-istaġun 2011-12 liema rekord kien imqabbel ma’ dak ta’ Viktoria Plzen f’dan l-istaġun meta skorjaw ħames goals u qalgħu 24.

Iżda dan ir-rekord ġie ssuperat minn Rangers li saru l-ewwel team Skoċċiż li ma kiseb l-ebda punt fil-fażi tal-gruppi …. u 22 wieħed fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni.

Ekonomija

Sport