Sunday, December 22, 2024

Rani tallega li ġiet mhedda … tgħid li ħaduha f’lukanda u riduha tibqa’ hemm sal-aħħar

Aqra wkoll

F’intervista ma’ The Times of Malta, l-eks kontestanta ta’ Love Island Malta Rani Dahl allegat li l-producers tal-programm hedduha li jieħdu azzjoni legali talli ma qalitilhomx bil-paġna tal-OnlyFans tagħha u r-raġunijiet mediċi tagħha.

Skont l-istess ġurnal jidher li hemm messaġġi li l-istess Rani żvelat mal-midja u fir-reazzjoni tagħha hija qalet li tinsab konfuża minħabba li l-paġna hija waħda pubblika u li l-producers setgħu faċilment sabu bħalma kien kapaċi jsib il-pubbliku.

Hija saħansitra allegat li wara li ħalliet il-villa minħabba dak li l-produzzjoni sejħet bħala raġunijiet mediċi, Dahl intalbet toqgħod f’lukanda sal-aħħar episodju, liema akkomodazzjoni inizjalment kienet offruta mill-istess produzzjoni.

Ġara iżda li mbagħad hija ntalbet tħallas għall-akkomodazzjoni u mingħajr post fejn tgħix, hija ddeċidiet li tħalli l-pajjiż u tmur lura lejn l-Afrika t’Isfel fejn kienet qiegħda toqgħod.

Minkejja li issa tinsab barra mill-pajjiż, Rani qed tallega li t-theddid ma waqafx. “Qatt ma messhomx ħaduni fuq il-programm… dawn l-affarijiet fuqi faċilment tiskoprihom”, sostniet Dahl.

Ekonomija

Sport