Sunday, July 6, 2025

Raphael Lopes Silva m’għadux player ta’ Hamrun Spartans FC

Aqra wkoll

L-iskorer prolifiku Brażiljan Raphael Lopes Silva ħabbar fuq il-mezzi soċjali li m’għadux player ta’ Hamrun Spartans FC. Huwa rringrazzja lit-tmexxija tal-klabb, lill-partitarji u l-players kollha ta’ Hamrun għall-esperjenza li għexu flimkien.

Raphel Lopes Silva kien strumentali matul l-istaġun li għadda għal Hamrun biex jirbħu l-Malta Premier fejn skorja 17-il gowl u provda seba’ assists.

Huwa rebaħ ukoll l-unur tal-Player tax-Xahar, kif ukoll dak tal-Player tal-Logħba fil-finali kontra Birkirkara FC.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport