Wednesday, December 25, 2024

Raphael Varane mhux se jilgħab kontra Liverpool ….

Aqra wkoll

Id-difensur ta’ Manchester United, Raphael Varane mhux se jilgħab fil-konfront tar-Red Devils kontra Liverpool aktar tard dan ix-xahar minħabba injury.

Id-difensur ġie sostitwit wara biss 43 minuta fir-rebħa ta’ 2-1 fil-finali tan-Nations League li Franza kisbet kontra Spanja fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet u minn dakinhar ġie ddijanjostikat b’injury fil-groin.

F’aġġornament tal-injury, United ikkonfermaw li Varane se jkun barra għal “ftit ġimgħat”, li jfisser li se jitlef il-konfront ta’ dan il-weekend kontra Leicester City kif ukoll aktar logħbiet kontra Atalanta, Liverpool u potenzjalment Tottenham Hotspur aktar tard dan ix-xahar.

Id-dikjarazzjoni kienet tgħid li: “Raphael Varane ġarrab injury fil-muskoli tal-koxxa fil-finali tan-Nations League u beda r-rijabilitazzjoni fil-club. Huwa se jkun barra għal ftit ġimgħat.”

Ole Gunnar Solskjaer qed isegwi wkoll il-forma fiżika ta’ Amad Diallo, Marcus Rashford u Harry Maguire għal-logħba tas-Sibt, iżda Manchester United suppost ingħataw spinta fiżika f’waqtha rigward dan tal-aħħar.

Varane diġà għamel seba’ dehriet fil-kompetizzjonijiet kollha għall-United f’dan l-istaġun, u lagħab id-90 minuta sħaħ f’kull waħda mill-aħħar ħames logħbiet tal-Premier League tat-team tiegħu.

Ekonomija

Sport