Sunday, December 22, 2024

Raphael Varane mhux se jmur jilgħab fl-Arabja Sawdija

Aqra wkoll

Wara li ħarġet l-aħbar li d-difensur ta’ Franza, Raphael Varane, kien se jitlaq lil Manchester United biex imur jilgħab fl-Arabja Sawdija, l-aġent tiegħu tkellem dwar din is-sitwazzjoni. 

F’dan l-istaġun Raphael Varane ma kienx regolari fil-pjani tal-coach Erik ten Hag u tħabat biex jikseb biżżejjed ħin biex juri l-potenzjal tiegħu.

L-għajdut tat-tluq tiegħu kienu qed jikbru fl-aħħar xhur u fost id-destinazzjonijiet possibbli tiegħu kien hemm waħda b’mod partikolari, is-Saudi Pro League, fejn jista’ jerġa’ jingħaqad mal-eks sieħbu ta’ Real Madrid, Karim Benzema.

L-injury riċenti tal-ligamenti ta’ David Alaba ma’ Real Madrid,  ressqet lid-difensur ċentrali Franċiż eqreb lejn l-eks club tiegħu bħala sostitut tal-player li se jkun barra mill-azzjoni għal perjodu twil.

Skont rapporti fil-media Franċiża, l-aġent ta’ dan il-player ta’ 30 sena saħaq li Varane mhux se jmur jilgħab fil-kampjonat Sawdi. 

Varane għandu rabta qawwija mal-“Merengues”, fejn għad għandu ħbieb kbar u fil-passat kien stqarr li ried se jispiċċa l-karriera tiegħu ma’ Real Madrid.

Ekonomija

Sport