Iż-żewġ players ta’ Manchester United, Raphael Varane u Paul Pogba, għandhom it-tnejn ikunu disponibbli għall-konfront tal-Premier League tas-Sibt kontra Leicester City f’Old Trafford.
Iż-żewġ Franċiżi kien qed jitqiesu bħala dubjużi għall-partita wara li sofrew injuries waqt li kienu jirrappreżentaw lil pajjiżhom.
Varane kien sfurzat jirtira mill-ground fir-rebħa tat-team nazzjonali tiegħu fuq il-Kosta tal-Avorju nhar il-Ġimgħa bi problema f’siequ, filwaqt li Pogba ma setax itemm is-sessjoni ta’ taħriġ tal-Ħadd wara li sofra injury simili.
Madankollu, Varane lagħab 80 minuta mir-rebħa ta’ Franza 5-0 fuq l-Afrika t’Isfel nhar it-Tlieta, wara li ġie ddikjarat tajjeb biex jilgħab.
Pogba ma keinx utilizzat mal-ewwel 11 għall-partita ta’ ħbiberija iżda kien fuq il-bank u lagħab l-aħħar 25 minuta, fejn ħa post Olivier Giroud għaċ-champions tad-dinja.
Minħabba f’hekk, iż-żewġ players mistennija jkunu disponibbli għall-għażla għal Manchester United fi tmiem il-ġimgħa, hekk kif it-team immexxi minn Ralf Rangnick qed ifittex li jirritorna għar-rebħ wara d-diżappunt tagħhom fiċ-Champions League.
Edinson Cavani, madankollu, qed jitqies bħala dubju kbir għall-konfront mal-Foxes, wara li sofra injury fil-pexxul waqt ir-rebħa tal-Urugwaj fuq iċ-Ċili nhar it-Tlieta.