L-istilla ta’ Barcelona Raphinha qal li bħalissa l-objettiv tiegħu hu li jirbaħ l-unuri ma’ Barcelona u xejjen kull spekulazzjoni li fiha qed jingħad li jista’ jingħaqad ma’ xi tim li jilgħab fis-Saudi Pro League.
Raphinha qed jiġi attirat minn somom kbar ta’ flus li ġejjin minn dawn il-klabb u bosta kritiċi qalu li se jkun diffiċli li jgħid le.
Il-plejer Brażiljan għandu 28 sena u skorja 25 gowl f’86 partita ma’ Barcelona.