Chelsea għadhom quddiem kemm Barcelona kif ukoll Arsenal fit-tellieqa biex jiffirmaw lill-attakkant ta’ Leeds United, Raphinha.
Huwa mifhum li l-Blues kellhom offerta ta’ bejn il-£55m u s-£60m aċċettata minn Leeds għall-player ta’ 25 sena, li mistenni jħalli Elland Road dan is-sajf.
Madankollu, il-president ta’ Barcelona, Joan Laporta ikkonferma li l-ġganti Katalani qegħdin f’taħditiet mal-Whites dwar offerta potenzjali għall-Brażiljan, filwaqt li l-manager ta’ Arsenal Mikel Arteta għad għandu interess fl-attakkant.