Saturday, September 14, 2024

Raphinha ħerqan li jingħaqad ma’ Barcelona

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Leeds United, Raphinha, huwa rappurtat ħerqan li jingħaqad ma’ Barcelona matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf minkejja interess sod minn Liverpool.

Il-player ta’ 25 sena reġa’ kien f’forma impressjonanti għall-Whites matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja disa’ goals u rreġistra tliet assists f’27 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Raphinha għad fadallu aktar minn sentejn fil-kuntratt tiegħu f’Elland Road iżda mistenni jħalli lill-club matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Liverpool ikomplu jkunu marbuta mal-internazzjonali Brażiljan, filwaqt li rapport riċenti sostna li Barcelona għamlu kuntatt mal-aġent tal-attakkant biex jiddiskutu trasferiment potenzjali.

Huwa mifhum li Raphinha huwa konxju tal-interess fih kemm minn Liverpool kif ukoll minn Bayern Munich iżda qal lill-aġent tiegħu biex jinnegozja trasferiment fis-sajf lejn il-Camp Nou.

Il-player mill-Amerika t’Isfel skorja 15-il goal u rreġistra 12-il assist f’59 dehra għal Leeds minn meta ngħaqad mal-Whites mingħand Rennes f’Ottubru 2020.

Ekonomija

Sport