Sunday, December 22, 2024

Raphinha mġiegħel jirtira mill-iskwadra tal-Brażil minħabba l-Covid-19

Aqra wkoll

Il-winger ta’ Leeds United, Raphinha, ġie mġiegħel jirtira mill-iskwadra tal-Brażil għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta’ dan ix-xahar minħabba l-Covid-19.

Il-player ta’ 25 sena kien inizjalment imsejjaħ fl-iskwadra ta’ 25 plejer ta’ Tite fil-11 ta’ Marzu għall-partiti li jmiss tagħhom kontra ċ-Ċilì u l-Bolivja.

Madankollu, Raphinha irriżulta pożittiv għall-coronavirus nhar il-Ħamis li għadda, li ġiegħlu jitlef ir-rebħa ta’ Leeds ta’ 3-2 kontra Wolves l-għada, u dan ix-xahar ukoll mhu se jkollu l-ebda rwol mat-team nazzjonali ta’ pajjiżu.

Id-difensur ta’ Arsenal Gabriel Magalhaes ħareġ ukoll mill-iskwadra hekk kif hu u t-tfajla tiegħu qed jistennew l-ewwel wild tagħhom.

Il-Brażil ħarġu stqarrija fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom li kkonfermat l-irtirar taż-żewġ players iżda wieħed għad irid jara jekk għandhomx il-ħsieb li jsejħu sostituti għalihom.

Minn meta ddebutta mat-team nazzjonali tal-Brażil f’Ottubru tas-sena l-oħra, Raphinha impressjona għat-team ta’ Tite, fejn skorja tliet goals u rreġistra żewġ assists f’seba’ dehriet.

Wara perjodu iżolat, Raphinha mistenni jirritorna għall-azzjoni tal-ewwel team ma’ Leeds fit-2 ta’ April meta t-team immexxi minn Jesse Marsch jiffaċċja lil Southampton fil-Premier League f’Elland Road.

Ekonomija

Sport