Barcelona għamlu kuntatt mal-aġent tal-attakkant ta’ Leeds United, Raphinha, rigward trasferiment possibbli fis-sajf.
L-internazzjonali tal-Brażil kompla jimpressjona għall-Whites fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni tagħhom, fejn skorja disa’ goals u pprovda tliet assists f’27 dehra fil-Premier League f’dan l-istaġun.
Raphinha huwa mistenni li jħalli lit-team immexxi minn Jesse Marsch jekk Leeds isofru r-relegazzjoni lura għaċ-Championship, b’Chelsea, Liverpool u Bayern Munich kollha marbuta b’offerta għalih.
Huwa mifhum li Barcelona għandhom ukoll interess serju li jiffirmaw lill-player ta’ 25 sena, u sar kuntatt mal-aġent tiegħu, li għandu rabtiet mill-qrib mal-president Joan Laporta.
Barcelona għadhom iridu jagħmlu kuntatt ma’ Leeds fuq trasferiment potenzjali, iżda Raphinha jidher li jkun lest li jmur jilgħab fil-Camp Nou.
L-ex player ta’ Rennes irreġistra total ta’ 15-il goal u 12-il assist f’59 logħba għal Leeds iżda ġie mġiegħel jirtira mill-iskwadra tal-Brażil għall-kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2022 ta’ Marzu minħabba l-COVID-19.
Il-kuntratt ta’ Raphinha f’Elland Road għandu jiskadi fi tmiem l-istaġun 2023-24.