Chelsea jixtiequ jakkwistaw is-servizzi tal-plejer ta’ Barcellona Raphinha. Dan tal-aħħar jinsab taħt kuntratt mal-Blaugrana għalkemm id-diriġenti tal-Blues huma interessati ħafna fih.
Min-naħa tagħhom, it-tim mill-Katalunja mhux interessati li jbigħuh. Minkejja kollox, skont gazzetta Spanjola, il-plejer jiswa madwar €58 miljun flimkien ma’ €7 miljuni oħra ta’ bonus.
Chelsea se jkunu qed jagħmlu minn kollox sabiex jakkwistaw lil dan il-plejer u jagħtu lill-kowċ futur tagħhom l-ewwel rigal tiegħu bis-sid Todd Boehly li lest jidħol għal din l-ispiża.