Saturday, November 16, 2024

Rapper ieħor maqtul fi sparatura

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Ir-rapper Amerikan Mark Antonyyo Alexander, magħruf aktar bħala Lil Yase, inqatel fl-età ta’ 25 sena fi sparatura li seħħet il-bieraħ f’San Francisco. Il-mużiċist tilef ħajtu f’ċirkostanzi misterjuża wara li l-katavru tiegħu nstab fejn il-baħar mili ‘l bogħod mill-aħħar post li rawh sħabu.

Il-qtil ta’ Lil Yase ħasad lill-ħbieb u lill-kollegi tiegħu għax ir-rapper qatt ma kellux xi inkwiet serju li seta’ poġġih f’periklu għal ħajtu. Huwa miet ftit tas-sigħat wara li xandar vidjow fuq il-midja soċjali biex jawgura l-festa t-tajba fl-okkażjoni tat-Thanksgiving fl-Amerika. Wara li tella’ dan il-messaġġ online, Lil Yase kellu laqgħa ma’ xi ħbieb minn tiegħu fi studio fil-kontea ta’ Marin, fit-Tramuntana ta’ San Francisco.

Il-midja lokali rrapportat li l-mużiċist telaq mill-istudio waħdu madwar il-11.30 ta’ billejl u qal lil sħabu li se jirritorna ftit wara. L-istess rapport qal li l-ħbieb ta’ Lil Yase saru jafu bil-mewta tiegħu siegħa wara. Il-qti sar f’East Bay – siegħa bogħod mill-istudio li kien fih qabel dan ir-rapper.

L-aħbar, barra li xxokjat lil dawk kollha li kienu ħbieb ta’ Yase, ħalliet ħafna mistoqsijiet minħabba li dan il-mużiċist ma kellux għedewwa u ħafna qegħdin jistaqsu min u għala seta’ wasal biex qatlu b’dan il-mod kiesaħ u biered. 

Dan l-artist kien dejjem iffokat fil-mużika tiegħu u ħadem qatiegħ biex jippromwovi lid-ditta li sponsorjatu, jiġifieri l-Highway 420 Productions. Din tal-aħħar ikkonfermat il-mewta tiegħu s-Sibt stess fejn żiedet tgħid li, “kien iħobb ħafna lill-ammiraturi tiegħu u se noħorġu mijiet ta’ kanzunetti minn tiegħu”.

L-ammiraturi u l-kollegi tiegħu esprimew id-dieqa tagħhom fuq il-midja soċjali mentri d-diretturr Jeremiah Messiah fakkru b’kitba online li tgħid, “qatt ma jien se ninsik għażiż ħija @yasemoney600. J’Alla dak t’hemm jagħti lir-ruħek il-ħajja eterna”.

Ekonomija

Sport