Wednesday, December 25, 2024

Rapport Ċiniż jisħaq li ċ-Ċina ma ħliet l-ebda ħin biex tgħaddi informazzjoni dwar il-coronavirus

Aqra wkoll

Uffiċjali Ċiniżi ppubblikaw rapport twil li juri r-rispons li l-pajjiż ħa fil-konfront tal-pandemija tal-coronavirus. L-uffiċjali ddefendew l-azzjonijiet meħudin mill-Gvern Ċiniż u qalu li dan min-naħa tiegħu pprovda l-informazzjoni kollha meħtieġa f’waqtha u b’mod trasparenti.

Ir-rapport ikompli jgħid li ċ-Ċina ma ħliet l-ebda ħin biex tgħaddi informazzjoni dwar il-virus lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, u kif ukoll lil pajjiżi u organizzazzjonijiet reġjonali oħrajn.

Investigazzjoni mwettqa minn Associated Press sabet li l-laboratorji tal-Gvern kienu żammew mistura għal aktar minn ġimgħa matul ix-xahar ta’ Jannar l-informazzjoni dwar il-virus, b’dan id-dewmien iwassal biex jiġi mxekkel il-proċess ta’ identifikazzjoni f’pajjiż ieħor. Dan apparti l-informazzjoni meħtieġa biex jiġu żviluppati testijiet, mediċinali u vaċċini.

Iċ-Ċermen tal-Kummissjoni Nazzjonali tas-Saħħa, Ma Xiaowei, ma indirizzax ir-rapport speċifiku tal-aġenzija tal-aħbarijiet AP, madankollu qal li l-eżitu ta’ din l-investigazzjoni tmur serjament kontra l-fatti.

Xiaowei qal li l-Gvern Ċiniż beda jagħti aġġornamenti dettaljati lill-WHO fuq bażi regolari mit-3 ta’ Jannar li għadda, bil-kap taċ-Ċentru Ċiniż għall-Kontroll u l-Prevenzjoni tal-Mard jgħaddi informazzjoni lill kap taċ-Ċentru Amerikan għall-Kontroll tal-Mard fl-4 ta’ Jannar.

Ir-rapport ta’ 66 paġna jfaħħar is-suċċess taċ-Ċina fit-tnaqqis tal-każi ġodda ta’ kuljum fuq medda ta’ xahrejn.

Ekonomija

Sport