Kuba rriġettat rapport tal- Gvern Amerikan li kkonkluda li frekwenzi tar-radju hija l-iktar spejgazzjoni plawsibbli dwar sintomi misterjużi li sofrew diplomatiċi Amerikani ġewwa Havana u żoni oħrajn.
Dan ir-rapport jittratta każijiet strambi li seħħew bejn l-2016 u l-2018 ġewwa Kuba fejn dakinhar ħaddiema fl-Ambaxxati Amerikani kienu rrapportaw li qed isofru minn nuqqas ta’ smigħ, uġigħ ta’ ras u għeja. Din saret magħrufa bħala “Havana syndrome”. Il-Kanada wkoll kienet irrapportat li għadd ta’ ħaddiema fl-ambaxxati tagħha f’Havana kienu esperjenzaw sintomi smili. L-amministrazzjoni tal-President Donald Trump kienet qalet li dawn id-diplomatiċi kienu ġew attakkati minn xi forma ta’ arma sigrieta.
Min-naħa tagħhom, l-awtoritajiet ta’ Kuba qalu li r-riżultati li ħareġ bihom dan ir-rapport huma infondati hekk kif ma hemm l-ebda evidenza ta’ dan. Huma ċaħdu kull involviment f’dan kollu.